Inċident bejn żewġ vetturi fil-Marsa ħalla persuna b’xi ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra fi Triq Aldo Moro direzzjoni lejn Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tassisti lill-persuna. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.