Mara tinqaleb bil-karozza quddiem il-mini ta’ Santa Venera – One News

Notifiki

Mara tinqaleb bil-karozza quddiem il-mini ta’ Santa Venera

Mara ta’ 27 sena minn San Pawl il-Baħar qed issofri minn ġrieħi gravi wara li nqalbet bil-karozza qrib il-mini ta’ Santa Venera.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30 fi Triq Reġjonali.

Il-mara ħarġet waħidha mill-karozza iżda ttieħdet l-isptar.

Minħabba l-inċident inħolqot ukoll konġestjoni tat-traffiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend