Johnson iwissi lid-deputati tiegħu li min jivvota ma’ Corbyn ikun qed jaqta’ saqajn ir-Renju Unit – One News

Notifiki

Johnson iwissi lid-deputati tiegħu li min jivvota ma’ Corbyn ikun qed jaqta’ saqajn ir-Renju Unit

F’indirizz li għamel ftit tal-ħin ilu f’Downing Street, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li d-deputati Konservattivi tiegħu m’għandhomx jivvutaw għal mozzjoni li qed iressaq il-Kap tal-Oppożizzjoni Jeremy Corbyn, li fi kliemu se ttawwal iż-żmien mindu jseħħ Brexit.

“Min se jivvota biex ma jseħħx Brexit anki bla ftehim qed jaqta’ saqajn ir-Renju Unit”, saħaq Johnson fi sfond ta’ ibbuwjar minn nies li ħarġu jipprotestaw fit-toroq ta’ Londra.

Huwa qal li mhux se jmur lura mill-wegħda li ta jiġifieri li jwassal lil pajjiżu biex iqatta’ l-karti minn mar-Renju Unit fl-aħħar ta’ Ottubru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend