Ippubblikat filmat tal-inċident li ħasad il-ħajja tas-sewwieq tal-Formula 2 Anthoine Hubert – One News

Notifiki

Ippubblikat filmat tal-inċident li ħasad il-ħajja tas-sewwieq tal-Formula 2 Anthoine Hubert

Il-komunità tal-motorsport madwar id-dinja għadha maħsuda bil-mewt traġika tas-sewwieq Franċiż Anthoine Hubert fl-età ta’ 22 sena.

Huwa tilef ħajtu f’inċident ikrah fit-tieni lap tat-tellieqa tal-Formula Tnejn fiċ-ċirkwit ta’ Spa fil-Belġju.

Hekk kif bdiet tidwi l-aħbar is-Sibt filgħaxija, kienu l-mijiet ta’ messaġġi ta’ tifkira lejn dan is-sewwieq, kif ukoll kondoljanzi lejn il-familja ta’ Hubert.

Spikkat l-iżjed iżda d-dedika li għamel is-sewwieq tal-Ferrari Charles Leclerc li inqas minn 24 siegħa wara l-mewt ta’ ħabib kbir tiegħu, huwa rebaħ l-ewwel tellieqa tal-Formula Wieħed fil-karriera tiegħu.

Huwa ddedika din ir-rebħa li għamel fil-Grand Prix tal-Belġju lil Hubert.

Intant, filmat li ċċirkola fuq il-meżżi soċjali juri l-mument eżatt tal-ħabta li minbarra li ħasad il-ħajja ta’ Hubert, kkawża ġrieħi gravi lis-sewwieq Amerikan Juan Manuel Correa.

Correa għadu l-isptar isofri minn ksur f’saqajh kif ukoll min ġrieħi żgħar fix-xewka ta’ dahru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend