Il-kumpanija Global Capital li taħdem fis-servizzi finanzjarji qalet li fl-ewwel nofs tas-sena għamlet qligħ ta’ €2.3 miljun. Dan wara li matul l-istess perjodu s-sena li għaddiet għamlet telf ta’ żewġ miljun u ħames mitt elf ewro.
Fi stqarrija, iċ-Chairman ta’ Global Capital Paolo Catalfamo qal li bis-saħħa ta’ programm ta’ ristrutturar, il-kumpanija qalbet il-paġna u qed tagħmel il-qligħ. Qal li l-grupp jinsab fuq sisien b’saħħithom u se jimbarka fuq prgramm ta’ tkabbir.