AĠĠORNAT: Il-ġuri tal-“Vojt” pospost għall-Erbgħa – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Il-ġuri tal-“Vojt” pospost għall-Erbgħa

Il-ġuri ta’ Etienne Bartolo, magħruf bħala l-Vojt, li kellu jibda dalgħodu ġie pospost għal nhar l-Erbgħa li ġej.

Dan wara li sal-bieraħ ma ġietx ippubblikata l-lista’ tal-persuni li setgħu ġew mgħajjta biex iservu bħala ġurati waqt dan il-ġuri.

Fil-fatt l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ħarġet digriet tal-posponiment tal-ġuri tard il-bieraħ filgħaxija.

Bartolo kien qed akkużat bil-qtil ta’ Roderick Grech ta’ 26 sena fis-sigħat bikrin tad-29 ta’ Marzu tal-2017, meta allegatament il-vittma u l-akkużat kienu nvoluti f’argument.

Il-vittma kien spiċċa ferut b’diversi daqqiet ta’ sikkina, iżda qabel ma’ tilef ħajtu allegatament qal il-kliem “vojt, vojt” b’referenza għall-akkużat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend