Daqqa ta’ ponn wara li ma ħallasx il-kera – One News

Daqqa ta’ ponn wara li ma ħallasx il-kera

Raġel ingħata l-libertà kkundizzjonata wara li kien akkużat li ta daqqa ta’ ponn lil raġel ieħor f’wiċċu wara li ma ħallasx il-kerà.

Antoine Saliba ta’ sitta u tletin tressaq il-Qorti akkużat li fil-5 ta’ Awwissu tal-elfejn u ħdax huwa beda ġlieda ma’ Joseph Borg.

L-inkwilin li kien qed joqgħod fl-appartament ta’ omm Saliba u li ma’ kienx qed iħallas il-kerà.

Il-Qorti semgħet kif dakinhar tal-ġlieda omm Saliba marret biex tnaddaf l-appartament li kien qed joqgħod fih Borġ u fih sabet ħsara kbira. Ftit tal-ħin wara hija ltaqgħet ma’ Borġ fejn assiguraha li ser iħallas il-kerà li kellu b’lura.

Dakinhar filgħaxija Borġ għamel kuntatt ma’ omm Saliba fejn talabha sabiex jiltaqa’ mat-tifel tagħha. Kien hemmek li Saliba mar jiltaqa’ ma’ Borġ u bdiet il-ġlieda.

Minkejja li filmati minn fuq kameras tas-sigurtà elevati mill-Pulizija juru li Saliba ta’ l-ewwel daqqa, huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti kompliet tisma’ kif Borġ miegħu ġab il-sħabu li taw xeba lill-Saliba b’pala b’riżultat li kisrulu għadam fi spalltu u dahru.

Wara li semgħet l-evidenza kollha l-Maġistrat Josette Demicoli tgħatu l-libertà kkundizzjonata għal sitt xhur.à

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend