BIL-FILMAT: Jinkludu lill-kelb waqt iċ-ċerimonja taż-żwieġ fir-Rotunda – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jinkludu lill-kelb waqt iċ-ċerimonja taż-żwieġ fir-Rotunda

Żewġ maħbubin ma felħux iħallu lill-kelb id-dar għall-aktar jum importanti ta’ ħajjithom.

Dan hekk kif fil-jum tat-tieġ iddeċidew li mhux biss jinkludu lill-kelb fl-avvenimenti tal-jum iżda saħansitra jattendi għaċ-ċerimonja taż-żwieġ.

Ċerimonja li saret fir-Rotunda fil-Mosta proprju l-Ħadd li għadda fejn flimkien ma qrabathom u sħabhom qattgħu dan il-jum tant memorabbli.

Kienu bosta li kkummentaw kif mhix xi ħaġa tas-soltu li kelb mhux biss tħalla jidħol fil-Knisja iżda saħansitra ta sehmu waqt iċ-ċerimonja.

Oħrajn ilmentaw li dan il-ġest mhux wieħed xieraq hekk kif “dik id-dar ta’ Alla u l-annimali m’għandhomx jitħallew ġewwa.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend