Tnejn iweġġgħu f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-Manikata – One News

Tnejn iweġġgħu f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-Manikata

Mara ta’ 31 sena u raġel ta’ 36 sena, it-tnejn Qriema, qed jingħataw il-kura wara li kienu involuti f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-Manikata. Jidher li l-inċident seħħ għal ħabta tal-11:30 a.m. fi Triq il-Manikata, meta Daihatsu Terios misjuqa mir-raġel ħabtet ma’ Land Rover misjuqa minn raġel ta’ 62 sena mir-Rabat. Riekba miegħu kien hemm il-mara kif ukoll tifel ta’ sena.  

Hu mifhum li kemm ir-raġel ta’ 62 sena u anke t-tifel ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.

Il-kundizzjoni tal-mara u tas-sewwieq l-ieħor għadhom mhux magħrufa.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend