Lufthansa tista’ ssewwi arjuplani akbar – One News

Notifiki

Lufthansa tista’ ssewwi arjuplani akbar


Il-kumpanija Lufthansa Technik kisbet iċ-ċertifikat sabiex tkun tista’ tibda ssewwi l-ajruplan tal-għamla Airbus A350 fil-kumpless li għandha biswit park numru 4 tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Lufthansa Technik spjega li din iċ-ċertifikazzjoni li ħarġet mill-Awtoritajiet Ġermaniżi ħarġet wara li sar skrutinju kbir tal-proċeduri, għodda u taħriġ tal-impjegati li għandhom f’Malta. 

Il-Kap Eżekutiv ta’ Lufthansa Technik, Marcus Motschenbacher stqarr: “It involves obviously training people we have trained 50 of our current staff. The ones who had a level of expertise already we have trained them on the new aircraft type than we spent around three and a half million dollars in tooling. Specific tooling to service the a350 900, the shorter version and the A350 1000.”

Huwa kompla jispjega li bħalissa l-kumpanija qed tħaddem madwar 600 ħaddiem b’ħamsin minnhom issa ġew imħarrġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu kull tip ta’ xogħol fuq dan l-ajruplan.

Sostna li minħabba li l-Airbus A350 huwa ajruplan pjuttost ġdid id-domanda għax-xogħol fuqu mistennija tikber aktar ma jgħaddi ż-żmien. Madankollu fix-xhur li ġejjin Lufthansa Technik mistennija taħdem fuq erba’ ajruplani tat-tip, bin-numru jkompli jikber tul is-sena li ġejja.

“In general the aircraft types that we service are predominantly Airbus aircraft. We’re a very strong Airbus facility we do the wide body the big ones and than the smaller ones. We probably see a 100 of these events happeneing every year and some 10 to 15% would be made up of the A350”, temm jgħid Motschenbacher.

Dan l-ajruplan tal-kumpanija Franċiża Airbus qiegħed isir popolari ferm mal-linji tal-ajru hemm kif id-daqs tiegħu jippermetti li jintuża għal titjiriet bejn kontinent u ieħor. Fattur ieħor li qiegħed jiġbed il-linji tal-ajru lejn dan l-ajruplan huwa l-fatt li dan jaħli ħamsa u għoxrin fil-mija anqas fjuwil minn ajruplani oħra simili.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend