Kunċert b’risq dar ġdida u ikbar għal dawk bl-ALS – One News

Notifiki

Kunċert b’risq dar ġdida u ikbar għal dawk bl-ALS

Għat-tieni sena konsekuttiva, se jittella’ l-kunċert Versatile & Friends for ALS, b’risq il-ħolma ta’ Bjorn Formosa, li jibni dar ġdida u ikbar minn dik li diġà fetaħ f’Ħal Qormi. 

Il-kunċert se jsir bis-sehem ta’ diversi artisti lokali fosthom Ira Losco, The Travellers u Red Electrick.

Bjorn Formosa qal li jixtieq jara lill-Maltin u l-Għawdxin kollha jingħaqdu u jattendu għal dan il-kunċert b’għan nobbli, fl-istess waqt li jgawdu lejla sajfija fi Pjazza San Ġorġ.

Bjorn qalilna li se Nistiednu lil poplu Malti u Għawdxi kollu biex jattendi għal din l-attività li hija ssapportjata minn Visit Malta u bosta sponsors li offrew is-servizzi tagħhom biex tkun tista’ titella’ din l-attività unika ta’ mużika u ta’ kif ukoll solidarjetà. Dan il-proġett se nkunu nistaw niftħu l-proġett ta’ dar ġdida u ngħinu iktar nies.”

Dan l-avveniment se jsir bl-għajnuna tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Il-Ministru Konrad Mizzi stqarr li “Issa għandu ħolma oħra li joffri aktar servizzi permezz ta’ dar ġdida u aħna bħala gvern u bħal Malta Tourism Authority ikun jonqos jekk ma noffrux is-sapport kollu tagħna biex dan iseħħ.”

Il-kunċert Versatile & Friends for ALS se jsir l-Erbgħa filgħaxija fi Pjazza San Ġorġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend