Ara kif tista’ taċċessa l-BOV Internet Banking – One News

Notifiki

Ara kif tista’ taċċessa l-BOV Internet Banking

Jekk inti wieħed jew waħda minn madwar 100,000 persuna li tuża s-sistema tal-Online Banking tal-BOV, mill-14 ta’ Settembru ser ikollok taġġorna s-sistema li permezz tagħha taċċessa l-kontijiet tiegħek fuq l-Internet. 

Il-bidla hija riżultat ta’ direttivi ġodda mill-Unjoni Ewropea li jindirizzaw is-sigurtà tal-pagamenti online li obbligaw lill-banek Ewropej biex jiffaċilitaw u jtejbu l-aċċess għas-sistema.

Fil-fatt dan it-tibdil jindirizza l-użu tas-Secure Key. Kaxxa sewda li l-klijenti tal-BOV jużawha biex tiġġeneralhom passwords sabiex fost oħrajn jaċċessaw il-kontijiet bankarji tagħha fuq l-internet.

Mill-14 tax-xahar id-diehel, il-Bank se jwaqqaf l-użu tagħha u l-klijenti se jkunu jistgħu jiġġeneraw il-passwords minn fuq l-app tal-BOV mill-mobile tagħhom stess.

One News tkellem mal-Kap tad-Dipartiment ta’ ħlasijiet tal-BOV Tonia Farrugia Naudi dwar dan it-tibdil.

Tonia Farrugia Naudi, il-Kap tad-Dipartiment tal-Ħlasijiet tal-BOV qaltilna li ” Il-functions ta’ din it-token hija fl-ismart phone tiegħek. At the end of the day inti anke toħroġ automatically mingħajr il-mobile mintix ħa toħroġ allura inti għandek minflok “tgħid Marija fejn se nżommha din il-hardware token”, għandek kollox marbut mal-mobile tiegħek”.

Hekk kif issa s-sistema ser tinqaleb kollha fuq l-app tal-BOV, is-Sinjura Naudi spjegat il-proċess ta’ kif wieħed jista’ jattiva l-BOV mobile App.

App li taħdem permezz ta’ numru ta’ attivazzjoni li l-klijenti jirċievu wara li jkunu applikaw għaliha minn fuq l-Internet Banking stess.

Farrugia Naudi tenniet tgħid li “L-activation code jirċieviha by SMS orrajt, imbagħad once li tiddownloadja l-mobile application inti tikkeyjha l-activation code u b’hekk inti you activate you mobile u hemmhekk basically għandek il-BOV Signatures. Il-brand name hija BOV Signatures. Minflok il-black token għandek il-BOV Signatures”.

Is-Sinjura Naudi spjegat kif hemm ukoll alternattiva għal dawk li ma jistgħux jużaw il-mobile app tal-BOV. Spjegat kif il-Bank introduċa Secure Key ġdida, din id-darba ta’ lewn abjad li timxi mad-direttivi Ewropej.

B’hekk klijenti li jagħżlu din l-alternattiva huma mħeġġa li sat-13 ta’ Settembru jżuru l-fergħa tagħhom tal-Bank fejn hemmhekk jistgħu jibdlu s-Secure Key l-antika mal-ġdida.

Hija temmet tgħid li “It’s just replacing this with this. Issa it’s an annual charge jiġifieri on anniversary wara li jgħaddi sena from the last date li tkun ħallast inti se tiġi ċċarġjat 10 euros”.

Mill-14 ta’ Settembru dawk kollha li jippruvaw jużaw is-Secure Key l-antika mhumiex ser ikunu jistgħu jidħlu fl-Internet Banking tagħhom.

Għal iktar informazzjoni dwar din il-qalba, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jikkonsulta wkoll mas-sit uffiċjali tal-BOV.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend