5 persuni mejta wara sparatura f’Texas – One News

Notifiki

5 persuni mejta wara sparatura f’Texas

Minn tal-inqas ħames persuni nqatlu u ħafna oħrajn indarbu fit-tieni sparatura li seħħet dan ix-xahar f’Texas fl-Istati Uniti.

L-ewwel li ntlaqat mit-tiri kien Pulizija li pprova jwaqqaf lill-aggressur waqt li kien qed isuq bejn il-bliet ta’ Midland u Odessa.

L-aggressur kompla b’xita ta’ tiri fuq numru ta’ sewwieqa u persuni li kienu mexjin fuq il-bankina fejn f’mument minnhom ħareġ mill-karozza u seraq trakk tal-posta fejn kompla jispara.

Hu nqatal b’tir minn Pulizija f’kumpless taċ-ċinema.

Ir-raġuni wara dan il-każ għadha trid tiġi stabbilita. Kien proprju erba’ ġimgħat ilu meta 22 persuna nqatlu b’tiri f’El Paso.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela esprima s-sogħba tiegħu għal dan l-attakk u offra l-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend