Ritratti: tingħata l-aħħar tislima lit-tliet anzjani abbandunati f’Mater Dei – One News

Notifiki

Ritratti: tingħata l-aħħar tislima lit-tliet anzjani abbandunati f’Mater Dei

Fil-kappella tal-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei, dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima lit-tliet anzjani li kienu ilhom aktar minn xahrejn abbandunati fil-kamra mortwarja tal-isptar.
One.com.mt kien preżenti għall-funeral ta’ Nazzareno Bartolo, Peter Charles Cotton u Peter Cilia u li għalih attenda d-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

It-tliet irġiel kienu fost 42 ruħ li fl-aħħar tliet snin tħallew abbandunati mill-qraba tagħhom fil-kamra mortwarja wara li ħadd ma resaq ’il quddiem jew wera interess biex iħejji l-funeral tagħhom.

Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei Dr Christoper Barbara kien spjega ma’ ONE NEWS il-proċedura li jieħu d-Dipartiment biex jorganizza dak li huwa magħruf bħala l-funeral tal-fqar.

Madankollu huwa sostna li l-awtoritajiet tas-saħħa jieħdu ħsieb biex l-aħħar tislima tingħata b’rispett sħiħ u b’dinjità.

Fi tmiem iċ-ċerminonja funebri, it-tlett itwiebet tal-anzjani ttieħdu wieħed wieħed fiċ-ċimiterju tal-Addolorata fejn saret id-difna fl-oqbra tal-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend