BIL-FILMAT: Żagħżugħ ta’ 22 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fil-Marsa – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Żagħżugħ ta’ 22 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fil-Marsa

Żagħżugħ ta’ 22 sena  mill-Guinea, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura tat-tip Hyundai i10 li kienet misjuqa minn raġel ta’ 33 sena min-Naxxar. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:55 ta’ filgħodu fi Triq Diċembru 13, il-Marsa.

Il-vittma ittieħed l-isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Natasha Galea Sciberras LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend