L-Urugan Dorian riesaq lejn l-Istati Uniti u se jħalli ħerba – One News

Notifiki

L-Urugan Dorian riesaq lejn l-Istati Uniti u se jħalli ħerba

Urugan li riesaq lejn l-Istati Uniti qed ikun meqjus bħala ‘perikoluż ħafna’ mill-forzi tas-sigurtà Amerikani, li qed ibassru li se jkun ta’ forza erbgħa fil-ħin li jolqot il-Kosta Amerikana.
Esperti metereoloġiċi qed ibassru wkoll li Dorian mistenni jolqot l-Istati ta’ Florida u Georgia il-Ħadd li ġej.

Il-President Amerikan Donald Trump ħassar vjaġġ lejn il-Polonja li kellu jagħmel fi tmiem din il-ġimgħa, biex ikun l-Istati Uniti f’każ li jkun hemm bżonn li jiddikkjara stat ta’ emerġenza. Il-Viċi President Mike Pence jinsab fi triqtu lejn il-Polonja minflok Trump innifsu.

Intant, residenti fl-Istati ta’ Florida u Georgia qed ikunu mwissija jsegwu l-movimenti tal-urugan biex jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend