Raġel ta’ 81 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura – One News

Notifiki

Raġel ta’ 81 sena sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura

Raġel ta’ 81 sena mill-Imsida sofra minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura tat-tip  Toyota Hi-ace misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Gudja. 

L-Inċident seħħ għal ħabta tal-10:20 ta’ filgħodu fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex,

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 81 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend