L-Air Malta se tipproteġi l-interessi tagħha – One News

Notifiki

L-Air Malta se tipproteġi l-interessi tagħha

L-Air Malta qalet fi stqarrija li mhix se tittollera dak li sejħet bħala “abbuż u theddid” mill-unjin tal-bdoti l-ALPA u li se tipproteġi d-drittijiet u l-interessi tagħha. 

Dan wara li l-ALPA allegat li bil-każ kontra tagħha fil-qrati, l-Air Malta qed tipprova toħnoq id-dritt ta’ assoċjazzjoni tal-membri tagħhom.

Il-linja tal-ajru nazzjonali fetħet kawża l-qorti kontra l-ALPA għad-danni li sofriet bl-azzjonijiet industrijali li l-unjin ħadet matul Lulju. Azzjonijiet li kienu ġew iddikjarati illegali mill-Qorti u li kienu twaqqfu wara mandat ta’ inibizzjoni li ressqet l-Air Malta.

L-ALPA kienet ħadet dawn l-azzjonijiet meta l-Gvern bħala l-azzjonist tal-Air Malta, ma tax garanziji ta’ 700,000 ewro għal kull pilota li l-unjin talbet.

L-Air Malta fissret li ntlaħaq ftehim dwar il-materji kollha u li għadha disponibbli sabiex tiffirma l-ftehim li pproponiet l-ALPA f’Ġunju li għadda.

Temmet tgħid li ma tistax iġġorr hi l-konsegwenzi ta’ azzjonijiet illegali li ttieħdu minħabba ċirkostanzi li l-linja tal-ajru ma kellix kontroll fuqhom

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend