Jittellgħu l-poloz taċ-‘Champions League’ – One News

Notifiki

Jittellgħu l-poloz taċ-‘Champions League’

Id-dilettanti tal-futbol illum assistew għat-tlugħ tal-poloz tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League, biċ-champions renjanti Liverpool, jitilgħu fi grupp E mat-timijiet ta’ Napoli, FC Salzburg u Genk. 

Grupp F qiegħed ikun meqjus bħala l-grupp tal-mewt, hekk kif fih hemm it-timijiet ta’ Barcelona, Borussia Dortmund, Inter u Slavia Praga.

Real Madrid u Paris St Germain se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin fi grupp A, filwaqt li t-tim Taljan ta’ Juventus se jibda fi grupp D flimkien ma’ Atletico Madrid, Bayer Leverkusen u Lokomotiv Moscow.

Bayern Munich u Tottenham se jiltaqgħu ma’ xulxin fi grupp B, filwaqt li ċ-ċampjins tal-Europa League Chelsea telgħu fi grupp H.

Il-fażi tal-gruppi se tibda fis-17 ta’ Settembru, bl-aħħar logħba f’din il-fażi fil-11 ta’ Diċembru.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend