Il-prezzijiet f’Malta tal-petrol u d-diesel xorta waħda baqgħu rħas mill-medja Ewropea – One News

Notifiki

Il-prezzijiet f’Malta tal-petrol u d-diesel xorta waħda baqgħu rħas mill-medja Ewropea

B’reazzjoni għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista qal li  apparti li l-Oppożizzjoni qed tipprova tqarraq meta tgħid li l-Gvern ma riedx jiddiskuti fl-MCESD, meta jaf li d-diskussjonijiet li jsiru huma pregorattiva tal-istess MCESD, u aktar minn hekk li l-Gvern qatt ma ddejjaq li jiddiskuti, l-istess Oppożizzjoni m’għandha l-ebda kredibilità li ssemmi dan is-suġġett meta għabbiet tant piżijiet fuq il-poplu meta kienet fil-Gvern. 

“Iż-żieda fil-prezzijiet li ġew imħabbra, minħabba l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt, xorta waħda jibqgħu rħas mill-medja Ewropea”, stqarr il-Partit Laburista.

L-istqarrija tal-Partit Laburista kompliet tgħid li dan kollu seta’ jkun possibli minħabba l-politika tajba li ħaddem f’dan is-settur dan il-Gvern li daħħal xi ħaġa li qabel kienet rari: il-konsistenza u l-istabilità.

Minn meta nbidel il-Gvern fl-2013, il-prezz tal-petrol u d-diesel naqas b’10ċ u bi 12-il ċenteżmu rispettivament. Dan huwa tnaqqis ta’ 7% fil-prezz tal-petrol u tnaqqis ta’ 9% fil-prezz tad-diesel.

Il-Partit Laburista temm jgħid li “dan il-Gvern mhux biss se jkompli jaħdem għal stabbilità favur il-konsumaturi Maltin u Għawdxin, iżda se jibqa’ jkun lest għad-djalogu ma’ kulħadd kif qed jagħmel bħalissa fl-MCESD f’dak li għandu x’jaqsam mal-baġit li ġej, fejn se jkun qed jisma’ u jilqa’ l-proposti tal-imsieħba soċjali”.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend