Il-Bank Ċentrali jikkonferma t-tisħiħ tas-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna – One News

Notifiki

Il-Bank Ċentrali jikkonferma t-tisħiħ tas-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna

F’rapport dwar l-istabbilità finanzjarja għall-2018, il-Bank Ċentrali ta’ Malta saħaq li l-attività ekonomika f’pajjiżna baqgħet waħda b’saħħitha u saħħet anki r-reżiljenza għas-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna. 

Il-Bank Ċentrali qal li żdied is-self fil-banek ewlenin li joperaw f’Malta u l-kwalità tal-assi tal-istess banek kompliet titjieb hekk kif tnaqqas is-self fejn il-ħlas qiegħed lura.

Filwaqt li jgħid li fir-rapport jingħad li l-prezzijiet tal-proprjetà żdiedu, il-pagament medju fuq is-self ta’ kull xahar, meta mqabbel mal-paga medja, kien ferm aktar baxx minn dak irrappurtat bejn l-2006 u l-2007, meta l-prezzijiet tad-djar għolew b’rati ferm qawwija ta’ aktar minn 10%.

Ir-rapport irrefera għar-rata tal-interessi fuq is-self tal-banek.

Il-Bank Ċentrali spjega li huwa ħareġ direttiva li tagħti stabiltà u jissalvagwardja minn ċaqliq ċikliku, kemm lil dawk li qed jissellfu u anki dawk l-istituzzjonijiet li jsellfu.

Studji li saru mill-Bank Ċentrali jindikaw li d-Direttiva ser tolqot biss lil 2.7% ta’ dawk li qed jixtru r-residenza primarja tagħhom u 13.2% tax-xerrejja kollha ta’ proprjetà residenzjali.

Ir-rapport jisħaq li d-dħul nett mill-imgħaxx ħa xejra pożittiva minħabba żieda fis-self.

Dan fid-dawl li l-livell tal-kapital tal-banek baqa’ b’saħħtu u konformi mar-rekwiżiti regolatorji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend