Fl-Italja: Mattarella se jiltaqa’ ma’ Conte biex jagħtih mandat għal Gvern ġdid – One News

Notifiki

Fl-Italja: Mattarella se jiltaqa’ ma’ Conte biex jagħtih mandat għal Gvern ġdid

Fl-Italja, il-mexxejja tal-moviment Cinque Stelle u tal-Partit Demokratiku, qablu li jiffurmaw Gvern ta’ koalizzjoni – b’Giuseppe Conte jkun il-Prim Ministru. 

Din il-koalizzjoni mistennija tibqa’ fit-tmun tal-pajjiż sal-elezzjonijiet skedati li jmiss, fl-2023.

Conte kien irriżenja mill-kariga wara li Matteo Salvini ried jieqaf mill-Gvern ta’ koalizzjoni li kellu ma’ Luigi di Maio.

B’hekk issa huwa mistenni li l-President Taljan Sergio Mattarella – li f’Ruma ltaqa’ mal-mexxejja tal-partiti biex jiddiskuti t-triq ’il quddiem – jieħu nota tal-ftehim milħuq f’laqgħa ma’ Conte skedata aktar tard illum, meta mistenni jagħtih mandat biex jifforma Gvern ġdid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend