Żieda fil-każijiet tal-ħożba f’Malta – One News

Notifiki

Żieda fil-każijiet tal-ħożba f’Malta


Fl-ewwel 8 xhur tas-sena 31 ruħ fosthom żewġt itrabi mardu bil-ħosba. Dan juri żieda meta mqabbel mas-sena l-oħra fejn ġew irrapportati sitt każijiet.

F’kumment ma’ ONE News, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci spjegat kif tul is-snin, Malta kien rnexxielha telimina l-ħożba, iżda fl-aħħar sentejn ġiet innutata żieda fil-każijiet.

Spjegat kif is-sena li għaddiet kien hemm ħames każijiet ta’ ħożba li ġew minn barra waqt li każ minnhom ġie trasmess f’Malta.

Il-Professur Gauci qalet li bħalma qed jiġri f’pajjiżi oħra Ewropej, din is-sena nnotaw żieda fiċ-ċirkolazzjoni ta’ dan il-virus fil-komunità.

“Dan juri li dawn l-adulti meta kienu tfal żgħar ma kinux ħadu t-tilqima u dan jaqbel eżatt ma’ dak li kien qed jiġri madwar 20 sena ilu, fejn kien hemm il-biża’ minħabba t-tilqima tal-MMR li kienet assoċċjata ma’ studju falz fejn kien hemm tabib Ingliż li kien għamel assoċjazzjoni bejn it-tilqima tal-ħożba u l-awtiżmu fejn studju wara studju wera li din kienet falza.” 

Hija qalet li żewġ każijiet ġodda kienu ta’ trabi taħt is-sena li ma kinux imlaqqma għax it-tilqima tingħata ta’ 13-il xahar.

Magħhom mardu bil-ħosba ħamest itfal ta’ bejn is-sena u t-tmien snin, ħdax oħra li kellhom bejn is-sittax u l-ħamsa u tletin sena u tlettax oħra adulti ta ‘l fuq minn ħamsa u tletin sena.

Il-Professur Gauci spjegat kif l-ewwel sintomi tal-ħożba huma deni għoli, għajnejn ħomor, sogħla u raxx li jibda l-ewwel fis-saqaf tal-ħalq u jibqa’ nieżel mal-ġisem kollu.

Appellat biex kull min ikollu dawn is-sintomi jmur mill-ewwel għand it-tabib u biex it-tfal jingħataw it-tilqima tal-ħożba u biex dawk l-adulti li ma tlaqqmux fi ċkunithom, jitkellmu wkoll mat-tabib tagħhom.

“Aħna l-appell tagħna hu li ejja nkomplu nlaqmu fit-tfal għandna coverage rate tajjeb ħafna li hu ‘l fuq minn 95% li hu tajjeb għall-heredity imunity fejn anke dawk il-kbar li ma ħadux it-tilqima jkellmu lit-tabib tagħhom.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend