Turisti li ser iżuru Ħal Lija se jkollhom esperjenza ġdida – One News

Notifiki

Turisti li ser iżuru Ħal Lija se jkollhom esperjenza ġdida

Minn April li ġej turisti li jżuru l-lokalità ta’ Ħal Lija ser ikollhom iċ-ċans jaraw il-karatteristiċi mill-isbaħ li joffri dan ir-raħal.

Dan hekk kif l-istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura fi ħdan l-Università ta’ Malta flimkien mas-soċjetà turistika Maltija qegħdin jorganizzaw ġita fil-Komunità.

Kunċett ġdid bil-mira li jsaħħaħ l-aspett kulturali tar-raħal billi jlaqqa’ nies mil-lokal mal-viżitaturi permezz ta’ giti fis-siti l-aktar importanti tar-raħal. 

Julian Zarb, lettur fl-Università ta’ Malta, spjega li proġetti simili diġà saru f’Ħal Safi, Ħal Kirkop u l-Imqabba, u issa dan il-proġett jinkludi lil Ħal Lija, Ħ’Attard u Ħal Balzan.

“Hija fenomenu biex ngħidu hekk tat-turiżmu li toqrob il-host, l-ospitalità, dak li jospita mal-viżitatur. The host-visitor interaction. Issa x’inhi d-differenza. Id-differenza hija li aħna hawnhekk qed inħarsu lejn it-turiżmu mhux biss bħala industrija kwantitattivi, soċjo-ekonomiku imma bħala attività soċjo-kulturali”.

Bħala parti minn din il-ġita, it-turisti ser jżuru studjo tal-arti tar-resident Sunny Gatt, u d-dolċerija rinomata ta’ Josie Bonaci.

Zarb temm jgħid li “Jekk tħares lejn l-itinerarju jikkonsisti ovvjament fil-ġiti tal-Knisja, tal-parroċċa l-antika u anki tad-djar li hemm. Għandna dar li minn hawn u ftit ieħor fil-fatt ser jitħabbar dar, mużew f’Ħal Lija li hija dar tradizzjonali u dak huwa dan li biex ngħidu hekk jippersonifika dan it-tip ta’ tour”.

 Il-ġiti f’Ħal Lija se jibdew minn April, kuljum mis-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar sat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, fejn jintemmu b’ikla fir-raħal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend