Tnedija tal-katalgu tal-esebizzjoni ‘Maestri d’Olanda e di Fiandra nei mari del sud’ – One News

Notifiki

Tnedija tal-katalgu tal-esebizzjoni ‘Maestri d’Olanda e di Fiandra nei mari del sud’

Nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru fis-7 ta’ filgħaxija, Heritage Malta se tkun qed tilqa’ t-tnedija tal-katalgu tal-esebizzjoni ‘Maestri d’Olanda e di Fiandra nei mari del sud’ fil-mużew tal-arti MUŻA, fil-Belt Valletta.

Fl-2018, xogħolijiet ewlenin u kapolavuri mill-kollezzjoni nazzjonali tal-MUŻA ġew esebiti f’mużewijiet u istituzzjonijiet prinċipali fl-Italja.

Waħda minn dawn l-istituzzjonijiet li esebit dawn ix-xogħolijiet tal-arti kienet il-Pinacoteca Camillo d’Errico fil-Palazz San Gervasio (Matera), li hija l-akbar u l-aktar kollezzjoni tal-arti  importanti fir-reġjun tal-Basilicata.

L-esebizzjoni nkludiet il-preferenzi tal-kolletturi tad-19-il seklu għall-arti Flemish fir-reġjun tal-Mediterran, u ppreżentat paraguni bejn il-pubbliku (il-kollezzjoni nazzjonali ta’ Malta) u kollezzjoni privata (Camillo  d’Errico) permezz ta’ għażla ta’ xogħolijiet.

Dan il-katalgu tal-esebizzjoni, ippubblikat minn Grenzi Editori, jinkludi kontribuzzjonijiet minn studjużi stabbiliti u oħrajn ġodda, Maltin u Taljani.

Id-dħul hu bla ħlas imma min jixtieq jattendi jeħtieġ li jirreġistra sa nhar l-Erbgħa 4 ta’ Settembru fuq [email protected]g jew billi jċempel fuq 2295 4300.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend