Fil-ġimgħat li ġejjin l-linja nazjzonali tal-ajru Air Malta se jaslilha ajruplan ġdid ieħor li se jieħu post ajruplan ieħor mill-antiki. Dan se jkun it-tieni ajurplan ġdid għal Air Malta fi ftit ġimgħat matul dan is-sajf.
Fil-fatt, ix-xogħlijiet fil-fabbrika tal-Airbus għaddejjin ġmielhom qabel dan l-ajruplan jaqbad triqtu lejn pajjiżna.
Dan se jkun it-tielet ajruplan tal-għamla tiegħu għal Air Malta, li qiegħda tinvesti f’ajruplani aktar ekonomiċi u li jħammġu ferm inqas l-ambjent ta’ madwarna.
Il-Ministru għat-Turizmu Konrad Mizzi tkellem dwar il-viżjoni tal-Air Malta li tibdel il-flotta tagħha għal ajruplani aktar ekonomiċi.
“Iddeċidejna li l-ajruplani jinbidlu kollha. S’issa bdilna żewġ ajruplani tat-tip A320 Neo li huma effiċjenti, jaħlu 26% anqas fuel, u jarmi anqas emissjonijiet. Minn hawn u ftit ġmgħat jasal it-tielet ajruplan tat-tip 1320 Neo. Ajruplan ġdid u sabiħ li se noffru s-servizzi ġodda fuqu wkoll”
Il-Ministru Mizzi qal li l-viżjoni tal-Air Malta issa hija li ttir lejn destinazzjonijiet barra mill-Ewropa lejn destinazzjonijiet ’il bogħod minn pajjiżna. Għaldaqstant il-ħsieb huwa li tinvesti f’ajruplani li jkunu jistgħu jtiru lejn destinazzjonijiet barra mill-kontinent Ewropew.
“Il-ħsieb tagħna bħala Air Malta huwa li nkattru r-rotot Ewropej, insaħħu North Africa filfatt fil-jiem li ġejjin se nibdew intiru lejn l-Eġittu pero lil hinn minn hekk inservu bhala oportunistic hub lejn sub saharan Afrika bhal Ghana u nservu titjiriet lejn New Delhi u Mumbai”
L-investiment f’ajruplani u r-rotot ġodda li qiegħda itir lejhom l-Air Malta, huma kruċjali sabiex il-linja nazzjonali tkompli fis-suċċess li kisbet fl-aħħar snin.