Fl-aħħar analiżi tagħha tal-eknomija Maltija, l-aġenzija tal-kreditu DBRS innotat żewġ xejriet pożittivi dwar pajjiżna ….. it-tkabbir ekonomiku eċċezzjonali fl-aħħar sitt snin u d-diversifikazzjoni tal-ekonmija ta’ pajjiżna.
Wara li fil-bidu tax-xahar, ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-livell ta’ A High, l-ekonomisti tad-DBRS innotaw dak li fi kliemhom sejħu bħala wirja ekonomika impressjonanti u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija Maltija li kulma jmur qiegħda tkompli timraħ f’oqsma ekonomiċi ġodda.
L-ekonomisti tad-DBRS qalu li l-wirja ekonomika ta’ Malta kienet waħda eċċezzjonali bi tkabbir ekonomiku medju ta’ sebgħa punt tnejn fil-mija bejn l-2013 u l-2018.
Aktar importanti minn hekk, qalu li dan it-tkabbir kien akkumpanjat minn żieda fid-diversifikazzjoni ta’ oqsma ekonomiċi ġodda.
Fil-fatt jinnotaw kif id-diversifikazzjoni fis-settur tas-servizzi wassal għal tkabbir f’oqsma ekonomiċi ġodda bħal dak tal-gaming.
Jgħidu li din id-diversifikazzjoni wasslet biex l-ekonomija Maltija ma tibqax dipendenti fuq setturi kbar sehem tal-industrija tal-kostruzzjoni fl-ekonimija naqas minn 17 għal 9 fil-mija.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna laqa’ b’mod pożittiv il-fehmiet tal-ekonomisiti tad-DBRS u qal li dawn jirrikonixxi l-ħidma li saret fl-aħħar snin biex l-ekonomija tagħna timraħ f’oqsma ekonomiċi ġodda.
Il-Ministru Scicluna qal: “dak tfisser li l-pedament huwa sod mhix qiegħda fuq settur partikolari pereżempju l-kostruzzjoni u allura – le kull settur fih innifsu qikeghed jagħti l-imbottatura tiegħu u qiegħed jirnexxi in its own right”
L-aġenzija tal-krediku DBRS żiedet tgħid ukoll li s-suċċess ekonomiku riċenti ta’ pajjiżna wassal għal żieda fl-investiment kapitali u fis-suq tax-xogħol f’Malta.
Innotaw li fost fatturi oħra, is-sistema ta’ tassazzjoni ta’ pajjiżna, ġibdet korporazzjonijiet multi-nazzjonali biex jirrilokaw lejn Malta u b’hekk żdied l-investiment dirett barrani.
Żiedu jgħidu li ż-żieda qawwija ta’ ħaddiema barranin f’Malta kellha rwol kruċjali biex ma jkunx hemm pressjonijiet żejda fuq is-suq tax-xogħol.