Bizzilla Taljana  – One News

Notifiki

Bizzilla Taljana 

Għalkemm mhux pajjiżna, imma s-sitwazzjoni fl-Italja tolqotna mill-qrib. Hawn min jgħid li r-riżultati tal-futbol Taljan l-aktar li jimpurtah. Jien naqa’ u nqum mir-riżultati, għax naħseb li negozju sar il-futbol.   

Imma l-Gvern Taljan li jkun hemm jolqotna u kif. Nibda biex ngħid li hemm ċerta għira għal Malta f’dawn iż-żminijiet għax jafu li minkejja ċ-ċokon tagħna, ir-riżultati li nkisbu mill-2013, minn meta l-Moviment Laburista reġa’ ha l-gvern f’idejh, kienu bil-wisq aktar minn dawk li qatt joħolmu huma.

Saħansitra, Renzi li kien ħabib ta’ Joseph Muscat (għalkemm ma jaqblux fuq il-futbol)  darba  stqarr  li  Malta kienet aktar kapaċi minnu. Berlusconi qal l-istess, u semma’ li t-turiżmu f’pajjiżna dejjem sejjer ‘il quddiem. Il-Fatto Quotidiano m’ilux kien ġab artiklu ta’ waħda li ġiet Malta u kif sabet impjieg b’kundizzjonijiet li l-anqas biss toħlom bihom fl-Italja.

Kulħadd jiġbed għal xawwatu. Dawn kollha li semmejt, u ieħor li ma semmejtx, cioe` Matteo Salvini li nsemmi apparti, kollha kellhom dik in-nitfa għira għax xtaqu li pajjiżhom kien f’dik il-qagħda li tinsab Malta.

Salvini mar aktar minn għira. Ipprova jagħmel minn kollox biex iwaddab fuqna. Bl-aktar mod sfaċċat. Mhux biss fuq tal-imigranti, imma wkoll fuq il-kumpaniji li hawn registrati Malta. Mhux sempliċiment għira. Għira bażwija.

Għalhekk issa li tħawdu l-ħjut kollha tal-politika Taljan, nistenna bil-ħerqa ħalli nara x’bizzilla se tintiseġ. Mhux xi bizzilla li ddum, imma agħar minn dak li kellna f’dawn l-aħħar 14-il  xahar ma jistax ikollna.

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend