André Schembri jkompli l-karriera tiegħu fl-Indja – One News

Notifiki

André Schembri jkompli l-karriera tiegħu fl-Indja

Il-plejer Malti André Schembri kompla l-karriera tiegħu fl-Indja, mat-tim ta’ Chennaiyin FC.

Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook tal-plejer Malti, fejn qal li fl-aħħar għamel id-deċizzjoni li jilgħab fl-Indja.

Il-klabb ta’ Chennaiyin FC beda fl-2014 u f’dawn l-aħħar snin rebaħ il-kampjonat Indjan darbtejn.

Tul il-karriera tiegħu, Schembri lagħab f’diversi kampjonati fl-Ewropa; fosthom fil-Portugall, fil-Ġermanja, l-Unġerija u l-Ġreċja. Din hija l-ewwel darba li plejer Malti se jkun qed jilgħab fil-kampjonat Indjan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend