Fl-aħħar snin il-Forzi Armati ta’ Malta daħlet proċess ġdid li jridu jgħaddu minnu l-applikanti li jixtiequ jibdew karriera militari.
Il-proċess li huwa msejjes fuq il-ħiliet tal-applikant biddel is-sistema li kienet tintuża qabel. Fil-passat l-applikanti kienu jintgħażlu billi jaqraw silta minn gazzetta.
It-tmexxija l-ġdida fl-Armata għarrfet li dan il-proċess kien jeħtieġ bidla mill-qiegħ u r-rekluti l-ġodda bdew jiġu mgħarrbla skont proċess aktar rigoruż.
Il-Logotenent Kayleigh Gelfo spjegat kif apparti li jsir test tal-fizika u mediku, l-applikant irid jagħmel intervista u jgħaddi minn eżerċizzju militari li jinkludi fost oħrajn xi eżerċizzji militari ta’ dixxiplina u esperjenza bażika dwar il-ħajja militari qabel jibda r-reklutaġġ.
“Isiru aktar physcial test, militarytest. Kollox isir ġurnata waħda ngħaddu l-process u kollox isir mad-dipartiment tal-education.”
Aktarminhekk , ġiet emendata l-liġi sabiex l-applikanti l-ġodda jippreżentaw ukoll il-fedina penali minbarra l-kondotta tal-pulizija biss.
Il-fedina penali tinkludi kull rekord kriminali u dettaljat ta’ kull persuna, inkluż offiżi li ma jkunux jidhru fuq il-kondotta.
Il-Logutenent Kayleigh Gelfo spjegat li min ikollu każ żgħir, bħal xi multa, ma jitwaqqafx milli jidħol fl-Armata iżda jingħata twissija sa mill-bidu nett tal-karriera tiegħu fl-Armata.
Il-persuna jibqa jiġi mmoniterjat mill-uffiċjali tal-Armata u jekk jerġa’ jxellef difru mal-ġustizzja, jitkeċċa immedjatament.
“Id-differenza hija li ahna bhala armata ikollna aktar informazzjoni dwar l-individwu u nkun nafu min ghandu kazijiet minuri u min ghandu kazijiet li ma jistax jidhol fl-armata.”
Saħqet li dawn il-bidliet daħlu aktar serjetà fil-proċess ta’ kif isir l-ingaġġ fil-Forzi Armati ta’ Malta.
“Iżid s-serjetà ahna bħala Armata ikollna iktar history fejn tkun ghamlet ċertu affarijiet.”
L-ingaġġ fil-Forzi Armati ta’ Malta qiegħed isir aktar regolari. Fil-fatt, darbtejn f’sena, l-Armata toħroġ sejħa għal persuni interessati li jibdew karriera f’dan il-korp dixxiplinat.
Dan għax l-Armata għandha bżonn persuni ġodda jissieħbu magħha minħabba li ta’ kull sena qiegħda titlef membri li jispiċċaw mill-Armata wara ħamsa u għoxrin sena servizz.