Talba biex il-kap tal-oppożizzjoni jinnomonina 2 persuni għall-kumitat tekniku għall-bilanċ bejn is-sessi – One News

Notifiki

Talba biex il-kap tal-oppożizzjoni jinnomonina 2 persuni għall-kumitat tekniku għall-bilanċ bejn is-sessi

Fuq Twitter is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi, Julia Farrugia Portelli stqarret li tkellmet mal-Kap tal-Oppożizzjoni biex dan jinnomina żewġ persuni biex ikunu parti minn kumitat tekniku dwar il-bilanċ bejn is-sessi f’riforma parlamentari. 

F’Marzu li għadda l-Gvern kien nieda dokument għall-konsultazzjoni pubblika li qed jipproponi li l-Parlament jiżdied b’massimu ta’ 12-il deputat ta’ ġeneru sotto rappreżentat.

Il-proposta taħseb biex minn 14%, ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament toqrob lejn rappreżentanza ta’ 40%.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend