Ser titella’ festa ta’ nbid u ikel Malti f’Ħal Għaxaq – One News

Notifiki

Ser titella’ festa ta’ nbid u ikel Malti f’Ħal Għaxaq

Wara s-suċċess ta’ dawn l-aħħar sentejn l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq ser itella’ Maltese Food & Wine Festival f’Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 13 u s-Sibt 14 ta’ Settembru mis-7:30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.

Waqt dan il-Festival ser ikun hemm varjetà ta’ platters b’ikel tipikament Malti fosthom laħam taż-żiemel, fniek, majjal, bebbux, arjoli, bigilla, ġbejniet t’Għawdex, zalzett tal-Malti, mqaret u ħafna iktar. Dawk kollha li jattendu ħa jkollhom għażla sħiħa ta’ ikel minn fejn jagħżlu fejn żgur li se jintlaqtu l-gosti ta’ kulħadd, bl-unika limitazzjoni tkun li l-iklel kollu servut se jkun ikel Malti.

Platt ikel Malti ma jkunx komplut jekk miegħu ma tixrobx daqxejn inbid tajba u waqt dan il-Festival se jkun hemm verjetà kbira t’inbid Malti, prodott minn Delicata Winery, minn fejn wieħed jista’ jagħżel skont il-preferenza tiegħu. B’kollox se jkun hemm madwar 14-il tip differenti t’inbid minn  fejn wieħed jagħżel.

Minbarra l-ikel u l-inbid li wieħed jista’ jgawdi waqt dan il-festival se jkun hemm ukoll stands  bi prodotti tal-ikel magħmula lokalment. Dawk kollha li jattendu se jkunu jistgħu iduqu u jixtru biex igawduhom fi djarhom.

Din l-attività ser issir fi Pjazza Santu Rokku ġewwa Ħal Għaxaq, fejn hemm spazju tajjeb ħafna biex wieħed jiġi u minbarra li jgawdi l-ikel u l-inbid jitpaxxa bid-divertiment lokali li se jkompli jpaxxi l-widna ta’ dawk li jattendu. Fost il-mistednin speċjali għal dan il-festival hemm il-grupp Stereotipi, Ben Purple ta’ Verna Folk Band u Raquel.

Id-Dħul għal dan il-festival huwa mingħajr ħlas fejn kulħadd ikollu faċilità huwa mingħajr ħlas fejn imbagħad kulħadd ikollu l-faċilità li jixtri mill-istands li se jkun hemm ippreparati.

Biex iżżomm ruħek aġġornat bl-aħħar informazzjoni dwar din l-ewwel edizzjoni tal-festival tal-inbid u ikel Malti inħeġġuk tidħol fil-paġna ta’ Facebook Maltese & Wine Festival.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend