L-Air Malta tfittex lill-‘Union’ tal-piloti – One News

Notifiki

L-Air Malta tfittex lill-‘Union’ tal-piloti

Il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta qed tisħaq li l-azzjonijiet industrijali ta’ Ġunju li għadda kienu illegali u mhux protetti bil-liġi.  B’hekk l-Air Malta qed titlob lill-qorti sabiex tiddeċiedi li l-azzjonijiet industrijali kienu jmorru kontra l-ftehim kollettiv filwaqt li tagħti kumpens għad-danni. 

Fl-1 ta’ Lulju li għadda, l-Air Malta talbet mandat ta’ inibizzjoni fil-konfront tal-Union tal-piloti sabiex twaqqaf l-azzjonijiet industrijali.  Il-Qorti kienet laqgħet din it-talba għall-mandat.

L-azzjonijiet industrijali tal-ALPA bdew wara li l-Gvern irrifjuta li jilqa’ t-talba tal-bdoti li jagħti garanzija ta’ pakkett finanzjarju ta’ 700,000 ewro bħala parti mill-iskema tal-irtirar għall-piloti ta’ 55 sena li tkun estiża wkoll għall-bdoti kollha anke jekk l-Air Malta tfalli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend