Imut iż-żagħżugħ ta’ 24 sena li kien qabeż minn fuq dgħajsa – One News

Notifiki

Imut iż-żagħżugħ ta’ 24 sena li kien qabeż minn fuq dgħajsa

Iż-żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena li fis-17 t’Awwissu li għadda kien idaħħal l-isptar fil-periklu tal-mewt wara li qabeż minn fuq dgħajsa ġie ċertifikat mejjet ftit tal-jiem ilu. 

Dakinhar, waqt li qed jaqbeż minn fuq id-dgħajsa huwa ħabat rasu bil-konsegwenza li ntilef minn sensih ġol-ilma fil-bajja ta’ San Ġorġ.

Minkejja t-tentattivi kollha li saru mit-timijiet mediċi fuq il-post u fl-isptar Mater Dei huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-jiem wara fit-taqsima tal-kura intensiva tal-isptar Mater Dei.

Dwar dan il-każ kienet inħatret inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend