Ġuvni ttieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħad-Dingli – One News

Notifiki

Ġuvni ttieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħad-Dingli

Ġuvni ta’ 19-il sena mill-Mosta ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura wara li l-mutur tat-tip Yamaha li kien qiegħed isuq ħabat ma’ vettura tat-tip Renault Captur misjuqa minn raġel ta’ 51 sena minn Ħad-Dingli. 

L-inċident seħħ għal ħabta tad-8:40 a.m. fi Triq il-Merill, Ħad-Dingli.

Aktar tard il-ġuvni ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend