Żewġ persuni qed isofru minn ġrieħi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-ħdax tal-Ħadd filgħaxija fi Triq Elija Zammit f’San Ġiljan.
Irriżulta li raġel ta’ 36 sena mill-Furjana kien qed isuq mutur Yamaha, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat f’karozza pparkjata.
Miegħu fuq il-mutur kellu passiġġiera mara ta’ 22 sena min-Naxxar.
Ix-xufier u l-passiġġiera ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn aktar tard irriżulta li l-mara sofriet ġrieħi gravi u r-raġel sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.