In-nies li ftit tal-ġranet ilu kienu qegħdin għall-mistrieħ fil-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa, xehdu operazzjoni mhux tas-soltu mill-ħelikopter u d-dinghy tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Dan hekk kif il-Mro Sigmund Mifsud niżel minn fuq il-ħelikopter biex malli wasal fuq il-bajja beda jmexxi kunċert mużikali żgħir, b’parti mill-promozzjoni għal Rockersta 2019.