Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw aktar immigranti li kellhom bżonn l-ewwel għajnuna minħabba l-kundizzjonijiet li kienu fihom f’nofs ta’ baħar.
It-Tnejn filgħodu, l-Armata salvat tlieta u sebgħin immigrant li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fit-territorju Malti. Huma nstabu fuq dinghy u ngħataw l-ewwel għajnuna mill-Forzi Armati ta’ Malta.
L-immigranti huma kollha rġiel mis-Sudan.
Huma ddaħħlu f’Xatt it-Tiben fuq il-Patrol boat P24.
Aktar tard, il-Forzi Armati ta’ Malta salvat grupp ieħor ta’ disgħa u tmenin immigrant li wkoll kellhom bżonn l-ewwel għajnuna u kienu fit-territorju Malti.