Tiri sparati waqt protesti f’Hong Kong – One News

Notifiki

Tiri sparati waqt protesti f’Hong Kong

Jissuktaw il-protesti f’Hong Kong; fejn uffiċjal tal-Pulizija spara tiri waqt dimostrazzjoni li saret il-Ħadd.

Din hija l-ewwel darba li ġew sparati tiri fi protesta mindu bdew f’Ġunju li għadda.

Kienu bosta ritratti fuq il-midja soċjali li wrew uffiċjali tal-pulizija jippuntaw armi tan-nar lejn id-dimostranti li kienu qed jiġru warajhom b’lasti.

Għall-ewwel darba wkoll il-Pulizija għamlu użu minn armi li jisparaw l-ilma lejn id-dimostranti.

Huma eluf, id-dimostranti li ilhom minn Ġunju joħorġu fit-toroq ta’ Hong Kong bl-għajta għal aktar demokrazija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend