Programm Mużikali f’ġieħ Marija Bambina fil-Mellieħa – One News

Notifiki

Programm Mużikali f’ġieħ Marija Bambina fil-Mellieħa

Għall-sena oħra fil-Mellieħa, fil-festa ta’ Marija Bambina se jkun qed jitgħella l-programm korali u strumentali mill-Għaqda Mużikali Imperial. Dan il-programm se jsir nhar it-Tnejn 2 ta’ Settembru 2019 fit-20:00 fil-Pjazza tal-Paroċċa.

Flimkien mal-banda mmexxija mis-Surmast Anthony Borg se jingħaqad il-Kor Imperial taħt id-direzzjoni ta’ Julie Thomas. Il-Banda u l-Kor ser jesegwixxu mużika varjata flimkien mas-solisti. Il-Banda se tesegwixxi wkoll mużika sinkronizzata man-nar.

Kulħadd hu mistieden biex jattendi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend