Endrit Hushi ta’ 24 sena mill-Albanija intbagħat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova jikkorrompi uffiċjal tal-imigrazzjoni.
Il-każ seħħ fl-ajruport meta ħu l-akkużat wasal Malta. Intqal li l-akkużat inħakem minn paniku meta ħuh beda jiġi mistoqsi xi mistoqsijiet mill-uffiċjali tal-immigrazzjoni u ħaseb li mhux se jidħalla jidħol f’pajjiżna.
Kien hawn li l-akkużat ipprova jxaħħam lill-uffiċjal tal-immigrazzjoni b’għoxrin ewro li poġġa fil-passaport ta’ ħuh.