F’Texas, fl-istess jum li koppja żagħżugħa żżewġet mietu traġikament f’ħabta frontali ma’ trakk.
It-traġedja seħħet meta l-koppja żagħżugħa, Harley Morgan ta’ 19-il sena u Rhiannon Boudreux ta’ 20 sena kienu f’karozza hekk kif kienu tilqin miċ-ċerimonja tat-tieġ tagħhom. Il-ħabta seħħet hekk kif il-karozza li kienu fiha l-koppja miżżewġa friska friska ħarġet mill-ġenb tat-triq, bil-vann tat-towing baqa’ dieħel fihom.
Is-sewwieq tat-trakk ma’ sofra l-ebda ġrieħi.
Omm Harley Morgan, Kennia qalet li rat ix-xena quddiem għajnejha u ma tistax tneħħija minn quddiem għajnejha. Filwaqt li dwar Harley u Rhiannon iltaqu l-iskola kienu b’ferħ ta’ ġenn biex jibdew jgħixu flimkien.