It-toroq ta’ Bormla se jinbidlu f’teatri miftuħa – One News

Notifiki

It-toroq ta’ Bormla se jinbidlu f’teatri miftuħa

Għat-tieni sena konsekuttiva, se jittella’ l-Cospicua Short Play Festival, li jikkonsisti f’reċti qosra li se jikkompetu bejniethom.

Dan il-festival jistieden lill-pubbliku biex jara l-belt ta’ Bormla minn lenti differenti – bit-toroq, sqaqien u ġonna mibdula f’teatri miftuħa.

Bis-sehem ta’ awturi, diretturi u atturi, huma bosta li se jingħataw l-opportunità jesebixxu t-talent tagħhom, kif spjegat is-sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli. Hija qalet: “Cospicua Short play Festival se jkun qed joffri talent, talent Malti u l-Għawdxin,se jkun qed  joffri festival ta’drama jew teatri miftuħ għal dawk kollha interessati f’dan il-qasam u wkoll li jixtiequ  ukoll jaraw irkejjen differenti u sqaqin f’Bormla tagħna.”

Id-Direttur Artistiku Joseph Galea, spjega li r-rappreżentazzjonijiet ta’ din is-sena se jittrattaw diversi temi kurrenti. Huwa qal: “Din is-sena kellna sottomissjonijiet ta tnax-il play li ridna nagħżlu sitta, għax loġistikament ma jistax ikollox iżjed, almenu għalissa, u ser isiru f’postijiet diffenti n-naħa ta’ Santa Margerita, din is-sena.”

Din is-sena, il-festival qed ifakkar il-mitt sena mit-twelid tal-attur komiku, Charles Clews, permezz ta’ wirja fl-Università Amerikana.

Il-Cospicua Short Play Festival huwa ffinanzjat mis-Segretarjat għall-Gvern Lokali u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Il-festival se jittella’ f’Bormla bejn il-Ġimgħa 30 ta’Awwissu u l-għada s-Sibt 31 ta’Awwissu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend