Il-Ħadd filgħodu l-President ta’ Malta ltaqa’ mal-grupp ta’ ċiklisti u l-back-up team tan-Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge fil-Palazz ta’ San Anton. Bħalissa dawn iċ-ċiklisti għaddejin bl-aħħar preparamenti għall-isfida tagħhom.
Dan it-tim ta’ ċiklisti se jkunu qed jitilqu lejn il-Vjetnam fid-9 ta’ Settembru. Se jibdew l-isfida tagħhom ta’ 10 ijiem fuq rotta ta’ kważi 2,000 kilometru mill-Vjetnam, jidħlu ġo Laos u jibqgħu sejrin il-Kambodja. Iċ-ċiklisti se jtemmu l-isfida tagħhom f’Angkor Wat li huwa wieħed mill-għeġubijiet tad-dinja. Dawn iċ-ċiklisti se jirritornaw lura Malfa fl-24 ta’ Settembru.
Għal aktar informazzjoni u biex tgħin lil LifeCycle Challenge 2019 wieħed jista’ jżur www.lifecyclefoundation.com jew fuq Facebook – https://www.facebook.com/LifeCycleChallenge/.