Ħames persuni jmutu wara ħabta bejn ħelikopter u ajruplan żgħir f’Mallorca – One News

Notifiki

Ħames persuni jmutu wara ħabta bejn ħelikopter u ajruplan żgħir f’Mallorca

Minn tal-inqas ħames persuni mietu fil-gżira Spanjola ta’ Mallorca wara ħabta bejn ħelikopter u ajruplan żgħir.

Il-każ seħħ fin-naħa ta’ fuq tal-gżira tant popolari mat-turisti fil-kosta Spanjola.

Il-midja Spanjola rrapportat li tliet passiġġieri – koppja u minuri – kienu flimkien fil-ħelikopter.

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez esprima s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi u qrabathom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend