Bħal-lum 10 snin ix-xena tal-ispettaklu u tal-moda f’ pajjiżna nħasdet bil-mewt mhux mistennija taż-żagħżugħ u negozjant Desmond Vella. Vella kien il-moħħ wara bosta ħwienet tal-ħwejjeġ tal-moda. Huwa miet fl-għomor ta’ 34 sena waqt li kien għal btala ma’ qrabatu f’Ċipru. L-aħbar ta’ mewtu b’mod naturali griet bħal leħħa ta’ berqa b’ mod partikolari fost personalitajiet ewlenin fil-midja li kienu jaħdmu id f’id miegħu fl-organizzazzjoni ta’ festivals mużikali kbar bħal Tribu u Earthgarden.
F’messaġġ fuq Facebook, ħu Desmond, Junior B qal kif ħuħ kien ikona f’dak li għamel f’pajjiżna f’qasir żmien u l-legat tiegħu għandna ngawduh sal-lum.