€2,000,000 biex jiġu rrestawrati djar antiki – One News

Notifiki

€2,000,000 biex jiġu rrestawrati djar antiki

F’sentejn, l-Awtorità tal-Ippjanar tat aktar minn żewġ miljun ewro lil familji li huma sidien ta’ djar biex setgħu jirrestawraw il-faċċati u partijiet minn ġewwa tad-djar tagħhom.

Il-perit David Mallia spjega li l-iskema IRRESTAWRA DAREK hija miftuħa għal residenzi li huma skedati jew li jinsabu f’żoni ta’ konservazzjoni urbana.

Għal applikazzjonijiet li jiġu milqugħa u jsiru skont kif ppjanat, l-awtorità tkopri sebgħin fil-mija tal-ispejjeż.

L-aktar żewġ lokalitajiet li raw applikazzjonijiet kienu Tas-Sliema u l-Belt Valletta.

“Dan mhux soprendenti għax ta’ Sliema, ħafna minnha hija urban conservation area u l-Belt hija kollha kemm hi kollha urban conservation area allura tistenna li fejn hemm ħafna area ta’ urrban conservation area wieħed japplika”

Filfatt fl-2017, kien hemm 120 applikant li kull wieħed minnhom irċieva medja ta’ €6,500.

Fl-elfejn u tmintax kien hemm 57 applikant li rċievew medja ta’ €5,000 kull wieħed.

L-istatistika għal din is-sena għadha qed tinħadem hekk kif l-appikazzjonijet għalqu ftit tal-ġimgħat ilu

Din is-sena l-Awtorità tal-Ippjanar nediet skema oħra bl-isem ta’ streetscapes. Din l-iskema qed tippermetti numru ta’ residenzi ġirien biex jingħaqdu flimkien u jagħmlu xogħol fuq il-faċċati tad-djar.

“Streetscape tikkonsisti f’aktar minn dar waħda almenu tnejn li jrid ikollhom faċċata bejniethom ta’ 50 metru u s-sidien iridu jaqblu li jaħdmu bl-istess perit u jsir restwar fuq barra. Dawn ma jitħallsux sakemm ix-xogħlijiet kollha tad-djar flimkien ikunu lesti.”

Għal din l-iskema li l-applikazzjonijet tagħha għadom miftuħin, diġà kien hemm 38 talba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend