Tinsteraq waħda mis-siġar taż-Żnuber li tħawlu din il-ġimgħa fit-Telgħa tas-Saqqajja – One News

Notifiki

Tinsteraq waħda mis-siġar taż-Żnuber li tħawlu din il-ġimgħa fit-Telgħa tas-Saqqajja

F’inqas minn 24 siegħa wara li tħawlu aktar minn 100 siġra taż-Żnuber fit-Telgħa s-Saqqajja, xi persuna jew persuni mhux magħrufa, serqu waħda minn dawn is-siġar.

Dawn is-siġar tħawwlu l-Ħamis filgħodu sabiex ibiddlu lil dawk is-siġar li kienu mietu qabel u qatt ma ġew mibdula. Flok din is-siġra li nsterqet, se tkun qed titwaħħal siġra oħra taż-Żnuber.

Dan qalu l-Ministru tat-Transport u Infrastruttura Ian Borg fuq Facebook dan sabiex pajjiżna jkollu infrastruttura sostenibbli u ambjent aħjar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend