Partitarji Ħamruniżi jfakkru l-memorja ta’ Jean Paul Bonett – One News

Notifiki

Partitarji Ħamruniżi jfakkru l-memorja ta’ Jean Paul Bonett

Il-Ġimgħa filgħaxija, waqt il-logħba partitarji ta’ Ħamrun Spartans kontra Gżira United fakkru l-memorja ta’ Jean Paul Bonett. Bonett huwa r-raġel li tilef ħajtu b’mod traġiku l-Ħamis f’maħżen tal-Karnival fil-Marsa.

Il-partitarji Ħamruniżi ħallew siġġu vojt u tefaw ritratt ta’ Jean Paul, filwaqt li tefaw bukkett tal-fjuri quddiemu. Bonett li kien mill-Ħamrun kien attiv ħafna fil-kommunità ta’ din il-lokalità.

Il-logħba bejn Ħamrun Spartans u Gżira United spiċċat fi draw ta’ mingħajr gowls.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend