F’grawnd tal-futbol f’Wied il-Għajn tinsab fl-eqqel tagħha maratona ta’ 24 siegħa futbol bil-fondi jmorru għal għaqda ‘Sunshine for Gabriel’.Din il-maratona bdiet mat-tokki tat-tmienja ta’ filgħaxija il-Ġimgħa u mistennija tibqa’ għaddejja bla waqfien sat-tmienja ta’ filgħaxija tas-Sibt.
Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jattendi din l-attività fejn preżenti fil-grawnd li jinsab wara l-iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn hemm atmosfera pjaċevoli ħafna, fejn apparti futbol hemm ukoll logħob għal tfal ta’ eta’ żgħira u anke bar bl-ikel u xorb.
L-attività ġiet organizzata mill-grupp volontarju ‘Ramiro and Friends’ li ta’ kull sena jagħmlu attivitajiet ġbir ta’ fondi għal nies b’mard serju fosthom Puttinu Cares u din is-sena għal għaqda ‘Sunshine for Gabriel’.